Il-media Taljana qed tirrapporta li waqgħu t-trattativi biex Joseph Portelli jieħu l-club Taljan ta’ Nocerina.
Dan ifisser li l-ħolma ta’ ħafna partitarji ta’ dan il-club, issa sfumat fix-xejn wara ġimgħat sħaħ ta’ spekulazzjonijiet dwar deal li kien qed jidher imminenti.
Is-sidien attwali ta’ Nocerina huma konsorzju Amerikan magħmul minn Giancarlo Natale, Raffaele Scalzi, u Louie A. Goros. Dawn akkwistaw il-club fl-2022, u riedu jżommu kontroll sal-aħħar tal-istaġun biex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel.
Iżda issa, għal xi raġuni, id-deal waqa’ kompletament.
//= $special ?>

