Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li allegatament seraq ċekkijiet minn persuna b’diżabbiltà

Raġel residenti Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li allegatament seraq flu minn ċekkijiet ta’ persuna b’diżabbiltà b’theddid u vjolenza.

Robert Spiteri tressaq il-Qorti akkużat li sfrutta persuna b’diżabbiltà billi allegatament ħa flus minn ċekkijiet tas-servizzi soċjali fuq perjodu ta’ madwar 8 xhur.

Fix-xhieda kien spjegat illi l-Pulizija rċivew informazzjoni li l-imputat kien qed jieħu flus regolarment mingħand il-vittma. Fejn wara investigazzjoni kkonfermaw dan permezz ta’ vidjow li turi lill-vittma tagħti l-flus lill-imputat.

Skont il-prosekuzzjoni, Spiteri kien qed jieħu żewġ ċekkijiet li jidħlu kull 3 ġimgħat, wieħed ta’ €130 u ieħor ta’ €500, fejn kien jhedded lill-vittma li jekk ma ttihx dawn iċ-ċekkijiet kien se jaqtagħhomla.

Madanakollu, kien spjegat li allegatament l-imputat ta daqqa’ ta’ karozza lill-vittma wara li dan ġibed il-flus.

Il-vittma qed tinżamm l-Isptar Monte Carmeli għal raġunijiet ta’ sigurtà filwaqt li l-imputat kien arrestat wara li daħal f’faċilità tad-detox.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Lydon Zammit u Keith Rizzo filwaqt li d-difiża tmexxiet mill-avukat Hose Herrera u Martina Herrera.