Filwaqt li Robert Abela sena ilu f’intervista kien qal li hu u Joseph Muscat kważi kważi qishom żewġ namrati – jitkellmu ta’ kuljum u anke jmorru jieklu flimkien. Issa, Muscat donnu ħa pass lura. Tant illi insista ma’ Net News li hu qatt ma qal li jagħti l-pariri lil Robert Abela.
Din ir-reazzjoni mhux mistennija waslet fl-istess xahar li fih Abela iddikjara li għandu l-Manifest Elettorali lest; dikjarazzjoni li tistona ferm ma’ dak li kien qal Robert Abela sena ilu.
Fl-aħħar xhur, kompliet toħroġ evidenti l-qasma fil-Labour – speċjalment wara l-aħħar attakki tal-ħabib kbir ta’ Muscat, Neville Gafa fuq membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela, u saħansitra – bosta drabi – attakki fuq l-istil ta’ tmexxija ta’ Abela nnifsu.
Dan anke wara li Nevilla Gafa’, eks uffiċjal f’kastilja fi żmien Joseph Muscat – reġa’ tqaċċat minn Abela stess ftit xhur biss wara li daħlu lura f’Kastilja.
Ma’ dan l-istazzjon, Joseph Muscat baqa’ jisħaq li qatt ma qal li jagħti l-pariri lil Robert Abela – minkejja li Abela stess kemm il-darba ta’ x’jifhem li jitkellem spiss ma’ Muscat.
Intant, Muscat ma riedx jikkummenta lanqas dwar id-data possibbli ta’ elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>
