L-Assoċjazzjoni tal-Baseball u tas-Softball fi stqarrija kkonfermaw li ma ġewx konsultati fuq il-proġett tal-Marsa, u l-istadium il-ġdid li se jsir mill-Malta Premier fuq l-art tar-rugby.
L-għaqdiet tal-baseball u anke tas-softball qalu li ma sar ebda kuntatt magħhom qabel ġie żvelat dan il-proġett. U saru jafu biss mill-media.
Dan il-pass qed iżid it-tħassib fost id-dilettanti tal-isports, li tħallew fil-għama.
“Dan ħoloq inċertezza”, qalu l-għaqdiet fi stqarrija, illi nsistew għal “viżjoni fit-tul”.
//= $special ?>

