Il-Malta Judo Federation organizzat l-aktar avveniment importanti tagħha ta’ matul is-sena. Edizzjoni oħra tal-Malta International Judo Open mifrux fuq jumejn.
F’din l-edizzjoni ħadu sehem 13-il klabb minn seba’ pajjiżi għal total ta’ 116-iljudoka.
Fil-kompetizzjoni kategoriji li varjaw minn Taħt it-12, 14, 16 u 18-il sena kif ukoll Seniors nisa u rġiel.
Fil-klassifika ta’ midalji tal-ewwel post mirbuħa, il-fergħa ta’ Pembroke tal-Malta Judo Academy temmet il-kompetizzjoni fl-ewwel post bi 11-il midalja segwiti minn Tigne Judo Club b’7 midalji filwaqt li b’ħames midalji kull wieħed temmew LPS Pitesti tar-Rumanija, J.K. Aleksinac tas-Serbijaq, Lendava Judo Club tas-Slovenja u R.K Judo Club tar-Renju Unit. Fil-klassifika fil-postijiet ta’ wara Academy Mellieħa b’4 midalji, Kim Su Dojo tliet midalja u Judo Team Zeltweg tal-Awstrija b’żewġ midalji filwaqt li l-clubs lokali Shiro Judo Kwaili l-clubs lokali Shiro Judo Kwai u Kami Kwai Judo Club b’midalja kull wieħed.
//= $special ?>

