Kumpaniji, fabbriki, negozji, każini u għaqdiet huma mistiedna jjingħaqdu mal-maratona ta’ Puttinu billi jisponsorjaw kamra fil-proġett il-ġdid ta’ Puttinu Cares fiċ-ċentru ta’ Londra, li ser jgħin mijiet ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura barra minn Malta.
Matul il-maratona tal-Ġimgħa l-Kbira kulħadd hu mistieden ikun parti minn din l-inizjattiva. Bħala sponsor, l-isem u l-logo tal-kumpanija/negozju, jew l-isem tal-familja, jew ta’ xi ħadd għażiż tagħkom, jitpoġġa fuq plakka ġewwa l-appartament. Kamra tal-banju b’donazzoni ta’ €2,500; kamra tas-sodda – €5,000; u kċina – €10,000.
//= $special ?>

