Knisja Lokali

Pellegrinaġġ fir-Rabat bil-vari tar-Redentur u Marija Addolorata

Illejla fir-Rabat, il-Parroċċa ta’ Ħad Dingli se tingħaqad f’pellegrinaġġ bix-xbihat meqjuma tad-Duluri u tar-Redentur.  Il-pellegrinaġġ ser ikun immexxi mill-Kan. Dun David Farrugia, bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat u l-Fratelli tal-Madonna tar-Rużarju tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Ir-rotta tal-pellegrinaġġ se tkun mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, fir-Rabat, u jgħaddi minn Triq San Ġużepp, Pjazza L’Isle Adam, Triq Santu Wistin, Is-Saqqajja, Triq Nicola Saura, Triq San Franġisk, Triq il-Kbira, Triq San Pawl u lura l-Knisja.

Qabel il-pellegrinaġġ li jibda fis-6.45pm. issir ukoll quddiesa u qabell jingħad ir-rużarju.