Is-Segretarju Parlamentari Laburista Rebecca Buttigieg deċiża li se żżomm il-ftehim bejn l-MFA u l-ARUC u cioè sponsorship li ngħatat lill-MFA mill-Awtorità tal-Użu tal-Kannabis.
F’post fuq il-midja soċjali Buttigieg xeħtet ir-responsabbiltà fuq l-MFA filwaqt li anke nfexxet f’tgħajjir bla rażan kontra Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista għaliex – skont hi – qed jinqeda b’dik li hi seħħet inizjattiva.
“Inizjattiva” li qajjmet furur kbir fil-pajjiż. Minn preżentaturi fuq ix-Xandir Nazzjonali, bħal Ricky Caruana għal esponenti mill-qalba tal-Partit Laburista Neville Gafà.
Tant hu hekk, li anke l-kollega tagħha l-Ministru responsabbli mill-Isport, Clifton Grima iddikjara li din l-inzjattiva saret “b’nuqqas ta’ ħsieb”.
Iżda surrealment, minkejja l-kritika mill-qalba tal-labour u mill-kollegi Ministri tagħha, Buttigieg deċiża li żżomm il-ftehim bejn in-nurseries u l-ARUC, filwaqt li nfexxet f’attakki fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.



