Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ferut wara inċident f’Pembroke bejn erba’ vetturi

Erba vetturi, fosthom trakk, kienu involuti f’inċident ikrah f’Pembroke.

B’sorsi jindikaw li wieħed mis-sewwieqa ittieħed l-isptar għall-kura.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:15am.

Is-sewwieqa ġew avżati biex jevitaw Triq Sant’ Andrija, direzzjoni lejn Baħar iċ-Ċagħaq, peress li t-triq għadha magħluqa minħabba l-inċident.