Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salva żagħżugħ li waqa’ madwar żewġ metri fl-inħawi tan-Nadur.
L-inċident seħħ ilbieraħ biż-żagħżugħ sofra ġrieħi ħfief.
Wara li ngħata kura fuq il-post huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jiġi eżaminat. Il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar ta’ Għawdex kienu wkoll fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna.
//= $special ?>

