Fl-aħħar jiem il-Pulizija bdiet twettaq testijiet tad-droga fuq is-sewwieqa bħala parti minn impenn kontinwu biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq Maltin u Għawdxin.
Fl-ewwel jiem ta’ dawn it-testijiet, tliet sewwieqa nvoluti f’kollużjonijiet irriżultaw pożittivi
għall-użu tad-droga.
Barra minn hekk, waqt kontrolli ta’ rutina, instab sewwieq ieħor pożittiv. Dan is-sewwieq kien fost 70 vettura li twaqqfu l-Ħadd li għadda fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċĊagħaq.
Matul dawn il-kontrolli, inħarġu 32 kontravenzjoni għal diversi ksur ta’ regolamenti
tat-traffiku, filwaqt li 11-il vettura nqabdu jaqbżu l-limitu tal-veloċità.
Dawn it-testijiet qiegħdin isiru wara l-emendi legali li għaddew mill-Parlament riċentement.
Dawn il-kontrolli qegħdin isiru b’mod regolari, f’kull ħin tal-ġurnata, u se jissoktaw fil-jiem u lġimgħat li ġejjin.


