Lokali

“Din kienet deċiżjoni żbaljata – uliedna ma ħaqqhomx hekk” – L-Employers’ Associations fi ħdan l-MCESD dwar il-ftehim tal-kannabis

Dan hija deċiżjoni żbaljata.

Hekk iddeskrevew il-ftehim bejn l-ARUC u l-MFA, li qed tiddefendi d-Deputat Laburista u Membru fil-Kabinett Rebecca Buttigieg, l-assoċċjazzjonijiet ta’ min iħaddem fi ħdan l-MCESD magħmula mill-Malta Employers, il-Kamra tal-Kummerċ, l-MHRA u l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.

Dan filwaqt li l-Employers’ Associations fi ħdan l-MCESD ddeskriviet dan il-ftehim bħala ġudizzju żbaljat minn naħa ta’ min huwa responsabbli hekk kif ikkundannaw id-deċiżjoni li l-logħob tal-futbol partikolarment fejn hemm tfal involuti, ġie assoċjat mal-ARUC.

Intqal kif hemm double standards kbir hekk kif il-Kannabis mhux simbolu ta’ saħħa, wisq inqas ta’ dixxiplina atletlika u għalhekk tali sustanza m’għandha l-ebda lok f’ambjent fejn suppost qed jissaħħu l-aspirazzjonijiet ta’ uliedna.

Dan filwaqt li temmew li t-tfal ħaqqhom aħjar, li l-ġenituri tagħhom jeħtiġilhom ir-rispett u trasparenza sħiħa.