Futbol Lokali Sport

Il-Kap tal-PN Alex Borg jasal il-Lussemburgu biex jappoġja lit-tim nazzjonali Malti

Il-Kap tal-PN Alex Borg ħalla Malta lejn il-Lussemburgu fejn dalgħodu wasal biex jappoġja lill-plejers Maltin qabel il-partita tant importanti tal-lejla.

Illum, it-tim Malti se jkun qed jilgħab il-partita ta’ ritorn f’dan il-konfront tant importanti li se jiddeċiedi jekk Malta tiġi promossa għal League C.

Fl-ewwel partita li saret f’Ta’ Qali, Malta tilfet bl-iskor ta’ 2-0.

Alex Borg se jkun preżenti fl-istadium tal-Lussemburgu biex illum jagħti s-sostenn tiegħu lill-plejers tan-nazzjonal li jinsabu determinati biex jagħti l-aħjar prestazzjoni possibbli.

Intant, għaċ-ċerimonja ta’ Jum il-Ħelsien li se ssir dalgħodu fil-Birgu, f’isem l-Oppożizzjoni se jkun hemm preżenti l-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar.