Lokali

Il-PN jawgura fejqan ta’ malajr lil Eddie Fenech Adami

Aktar kmieni illum il-President Emeritu ddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni

Fl-aħħar ħin il-Partit Nazzjonalista awgura fejqan ta’ malajr lill-President Emeritu Eddie Fenech Adami li aktar kmieni llum iddaħħal l-isptar għall-osservazzjoni wara li kien qed isofri minn kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.

Il-Kap tal-PN Alex Borg ftit tal-ħin ilu għamel kuntatt mal-familja ta’ Eddie Fenech Adami u kien infurmat bl-aħħar dettalji dwar il-kundizzjonijiet tiegħu. Il-President Emeritu jinsab f’qagħda stabbli.

Il-PN jawgura li l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista ma jdumx ma jirritorna lura d-dar.