Il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione żar lil Emerenziana fil-Jasmine Nursing Home – il-mara li qed tiċċelebra għeluq il-100 sena tagħha.
U f’dan it-tragward pjuttost uniku fil-ħajja tal-bniedem Emerenziana ċċelebrat għeluq snina flimkien mal-familjari tagħha, ħbieb u carers oħra li jieħdu ħsieba.
Intant mal-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, Emerenziana tkellmet fuq bosta episodji li hi għaddiet minnhom matul ħajjitha. Anke bħala tfajla imbgħad mara li għexet ir-Rabat.
Dan apparti li semmiet wkoll it-trobbija li hi kellha – u kif kienet waħda minn 10 aħwa – U għal dan il-festin, hekk uniku, ġie jżura wkoll l-unika ħuha li fadlilha, u li preżentament jgħix barra
Intant il-viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, flimkien max-Shadow Minister Ian Vassallo, sellem lil Emerenziana u awgurala aktar hena flimkien mal-ħbieb u l-familja tagħha.
Ma’ Net News, Emerenziana spjegat li mhix normali li wieħed jgħix sa 100…però hi tinsab grata li laħqet din l-età fenomenali – Apparti min hekk hi rrakuntat wkoll episodji mill-ħajja tagħha.
Fl-aħħar nett Emerenziana għaddiet messaġġ sabiex in-nies jgħati l-importanza lid-dutrina – U sabiex il-Kbar jibqgħu jgħaddu liż-żgħar tagħhom valuri li jsaħħuhom.
//= $special ?>

