Internazzjonali Mużika

Ir-ritorn tal-kantanta Celine Dion

Din il-ġimgħa, kien konfermat ir-ritorn fuq il-palk għall-kantanta Céline Dion. Dan wara li erba’ snin ilu kienet ħarġitilha kundizzjoni rari, li bdiet taffetwa l-vuċi tagħha – tant li anke l-kunċert ta’ Malta kien ġie pospost.

Din il-kundizzjoni kienet qed taffetwa anke l-mixi tal-kantanta. Iżda issa, Céline Dion se tirritorna b’numru ta’ kunċert f’Pariġi.

Hi stess ikkonfermat li f’Settembru u Ottubru li ġej, se jkollna 10 serati f’dik li tissejjaħ La Défense Arena.

Dion tibqa’ popolari għall-ballads stupendi li tatna matul is-snin, fosthom ‘My Heart Will Go On’ u ‘Because You Loved Me’.