Il-Maġistrat Nadine Sant Lia rrappurtat lill-avukat Mario Mifsud lill-Kamra tal-Avukati – Dan wara li l-Maġistrat ddeskrivietu bħala persuna b’inġiba “intimidanti u offensiva”.
Liema każ seħħ il-ġimgħa l-oħra f’kawża fejn il-Maġistrat kienet qed tmexxi l-proċeduri u Mifsud kien l-avukat ta’ waħda mill-partijiet. Mifsud sostna li ġie mwaqqaf mill-Maġistrat u ma tħalliex jistaqsi lill-vittma ċerti mistoqsijiet biex joħroġ ċerti inkonsistenzi. L-avukat qal lill-Qorti li meta l-vittma bdiet tibki, il-Maġistrat waqqfet is-seduta u ddikjarat li l-vittma kienet qed tgħid il-verità, u dan wassal għal argument bejn Mifsud u l-Maġistrat.
Mifsud akkuża lill-Maġistrat li dejjem tipprova tumiljah waqt li kien qed jagħmel xogħlu.
Apparti min hekk hi mmultatu wkoll €100 wara li sabitu ħati ta’ disprezz lejn il-Qorti u ordnat li r-reġistrazzjoni tal-filmat tas-seduta tiġi ppreservata u mgħoddija lill-Kamra tal-Avukati għal kwalunkwe azzjoni li tħoss li għandha tieħu.
Sorsi qalu li ġimgħa qabel, kellu argument simili mal-Ispettur tal-Pulizija billi uża lingwaġġ offensiv u aħrax ħafna miegħu, f’dak il-każ il-Maġistrat Tanya Sammut kienet issuġġeriet li għandu joħroġ barra mill-awla biex jikkalma.
//= $special ?>

