Wara nuqqas ta’ 12-il sena, it-tim nazzjonali Taljan ma kienx kapaċi jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja għat-tielet edizzjoni konsekuttiva, bl-aħħar darba li lagħbu f’din il-kompetizzjoni kien lura fl-2014, fil-Brażil, fejn hemm inqalgħu fil-fażi tal-gruppi. L-Italja tilfet il-partita ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Bosnja u Ħerżegovina wara l-għoti tal-penalties, bl-iskor finali jkun 1-1, u dak ta’ wara l-penalties ikun 3-1.
It-Taljani lagħbu iżjed minn tmenin minuta logħob b’raġel inqas hekk kif id-difensur ċentrali Alessandro Bastoni intwera l-karta ħamra diretta wara li kkometta foul ikrah fit-43 minuta.
Qabel dan pero, l-Italja rnexxielhom jiftħu l-iskor permezz ta’ Moise Kean li kkapitilizza fuq l-iżball tad-difiża tal-Bosnja u fetaħ l-iskor b’xutt fir-rokna ta’ fuq bix-xellug.
Il-Bosnja rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs fit-80 minuta permezz ta’ Tabakovic li kkonkluda mill-viċin wara li l-ewwel tentattiv kien milqugħ minn Donnarumma.

Il-partita tibqa’ f’parita’ ta’ 1-1 wara 90 minuta, u tmur għal ħin barrani. Il-ħin barrani mingħajr gowl ukoll, numru ta’ azzjonijiet perikolużi għaż-żewġ timijiet, pero l-ebda skwadra ma ssib ix-xibka.
Jibdew jixxutjaw il-penalties il-Bosnja. Il-veteran Edzin Dzeko jweġġa spaltu fl-aħħar minuti tal-ħin barrani, u jiddeċiedi li ma jixxutjax l-ewwel. Minflokku, jibda’ Tahirovic u jiskorja.
Għat-Taljani, iż-żgħażugħ Pio Esposito, juri karattru qawwi biex jitla’ l-ewwel, pero l-attakkant ifalli l-konklużjoni tiegħu.

Haris Tabakovic jiskorja t-tieni gowl. Tonali jitla’ u jiskorja għall-Italja.
Iż-żgħażugħ Alajbegovic isib ix-xibka għall-Bosnja.
Bryan Cristante jfalli l-penalty tiegħu hekk kif jolqot il-minduda
Il-gowl deċiżiv skorjat minn Bajraktarevic
It-Turkija ukoll se jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja meta għelbu lil Kosovo 1-0, permezz tal-gowl ta’ Artukoglu fit-53 minuta.
L-Iżvezja b’miraklu fl-aħħar minuti tal-partita kontra l-Polonja biex ikkonfermaw posthom fit-Tazza tad-Dinja 2026. L-iskor finali kien 3-2.
L-Iżvediżi jiftħu l-iskor wara 20 minuta permezz tal-attakkant laterali Anthony Elanga, bil-Pollakkki jagħmlu l-iskor indaqs bil-gowl ta’ Nicola Zalewski fit-33 minuta.
Gustaf Lagerbielke jiskorja fl-44 minuta għall-Iżvezja.
Botta u risposta, Polonja jiksbu d-draw għat-tieni darba fil-partita b’ Karol Swiderski fil-55 minuta.
Il-gowl storiku għall-Iżvezja jasal minn ħadd ħlief l-istilla tat-tim, Viktor Gyokeres li jwitti t-triq għan-Nazzjon tiegħu lejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku s-sajf li ġej.
Ir-Repubblika Ċeka kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja permezz tal-għoti tal-penalties. L-iskor finali kien dak ta’ 2-2, wara l-penalties bl-iskor ta’ 3-1.
Iċ-Ċeki jiftħu l-iskor wara 3 minuti minn Sulc, id-Daniżi jagħmlu l-iskor indaqs permezz ta’ Joachim Andersen fit-72 minuta.
Fil-100 minuta, Ladisiav Krejci skorja dak li ħaseb li huwa l-gowl tar-rebħa.
Fit-tieni taqsima tal-ħin barrani, Kasper Hogh jagħmel l-iskor indaqs għad-Daniżi.
Danimarka jikkwalifikaw bl-għoti tal-penalties, skor finali 3-1.
Jiskorjaw għar-Repubblika Ċeika: Tomas Chory, Tomas Soucek u Michal Sadilek, ifalli Lasislav Krejci.
Jiskorja għad-Danimarka Christian Eriksen biss, ifallu Rasmus Hojlud, Anders Dreyer u Mathias Jensen.
//= $special ?>

