Carm Mifsud Bonnici
Shadow Minister
għar-Riforma Kostituzzjonali, l-Identità Nazzjonali
u d-Djalogu Interkulturali
Tul din il-gimgħa ’l bogħod mill-politika sservi lili u diversi biex wieħed jirrifletti. Iħares lejn dak li dawn il-jiem imexxuna fihom biex nifhmu forsi ftit aktar dak li Sidna Ġesù Kristu għadda minnu fil-passjoni u l-mewt tiegħu.
Ħafna drabi jkun hemm attenzjoni mogħtija lill-vjolenza li bniedem li wettaq biss ġid f’ħajtu kellu jgħaddi minnu. Vjolenza fil-kliem, fl-aġir doppju l-ewwel il-flaġellazzjoni sproprozjonata u wara l-kruċifissjoni daqstant ieħor qawwija.
Pieni indirizzati lil dawk li kienu l-inqas nett fis-soċjetà, lil dawk li kienu skjavi, kif il-ġurista magħruf Paulo fid-Digesto (48.19,38.2) jikteb. Vjolenza wkoll fl-akkużi li gew imressqa kontra tiegħu. Is-sistema umana mibnija biex twettaq ġustizzja mal-bnedmin narawha fil-fatt tassigura inġustizzja fl-illegalità sħiħa tagħha.
Minn żmien
F’dan kollu minn żmien għal żmien speċjalment f’dan, sibtu utili għalija li naqra ktieb dwar dan. Fil-parti tinteressani bħala bniedem li studjajt il-liġi l-parti legali tal-proċedura li ġiet użata. Linja li aktar ma taqra kotba varji li wkoll ħafna drabi jiċċitaw lil xulxin aktar tifhem kemm kollox kien żbaljat.
Kemm il-liġi ma ġietx osservata xejn, la fil-proċess skont il-liġi Lhudija kif ukoll f’dik Rumana, anzi huwa osservat u aċċettat li sentenza ta’ kundanna għall-mewt, Pilatu ma tax. Minflok insibuh f’diversi mumenti jiddikjara li ma jsib l-ebda ħtija f’dak li ġie indikat bħala l-akkużat.
Jiddikjarah innoċenti u li ma wettaqx id-delitt li suppost skont il-Lhud ikkommetta. Tant li jassigura li għall-kuntrarju ta’ dak li kien isir li minflok tinkiteb fuq nett tas-salib id-delitt li jiġġustifika dik il-piena ħarxa, jikteb fi tliet lingwi li kien is-Sultan tal-Lhud.
Din is-sena
Tul dawn l-aħħar jiem użajt biex nerġa’ naqra mill-ġdid dan kollu l-ktieb ta’ Davide Romano Il Processo di Gesù (1992). Il-ktieb huwa interessanti ħafna fis-sens li ma jmurx direttament għall-proceduri li gew adottati imma jidħol fil-kuntest sħiħ tad-dinja reliġjuża u politika ta’ dawk iż-żminijiet.
Imur direttament għall-fonti ta’ diversi, it-Testment l-Antik, dak li diversi kittieba Lhud ħallew warajhom, l-awtur magħruf Flavio Giuseppe, kitbet l-Esseni huma fost dawn. Riċerka sabiħa u li tmexxik tifhem aktar il-kuntest sħiħ ta’ dak li l-Insara u l-Knisja kellhom jgħaddu minnu. Kemm kellhom kontra u kemm xorta il-messaġġ mhux biss wasal imma biddel l-istorja u l-prinċipji etiċi li llum huma l-bażi tal-Kostituzzjoni u liġijiet demokratiċi tagħna.
Ix-xhieda
Il-ktieb mhux voluminuż imma wisq inqas ma tista’ tgħidlu li huwa qasir. Mimli b’għerf u informazzjoni propju għalhekk, għalkemm inħajjarkom taqrawh fuq l-oħra se nislet xi punti li laqtuni.
Meta taqra dak li ġara quddiem is-Sinedriju jsib konfużjoni. Fuq naħa l-proċeduri ma sarux kif il-liġi tistabilixxi, fuq l-oħra kien hemm problema bil-prova. L-awtur jirrimarka fit-tul hu li hu avukat u għalliem tad-dritt penali dwar dan. Kif jistaqsi li kien hemm tant li semgħu dak li Kristu qal inkluż membri stess ma setgħux isibu xhieda.
Jikteb “e ci sembra quanto mai strano che non fossero capaci di esprimere almeno in due un racconto concordante.” Jidhirli li huwa stramb fih innifsu li ma kinux kapaċi li jsib almenu tnejn li jaqblu.
Osservazzjoni f’postha ċertament imma hemm aktar forsi fiha.
Mattew
Fil-fatt fl-evanġelu ta’ San Mattew insibu li diversi marru biex jixhdu l-falz imma ma kien hemm ħadd jaqbel. Forsi f’dan wieħed jista’ jiddikjara li dawk li raw u semgħu lil Ġesù ma kellhomx raġuni jew ħeġġa biex jixhdu l-falz kontrih.
Lanqas minkejja l-fatt li ppruvaw jaqbduh qabel u li jsibu min jgħinhom f’dan ma sabux, salv lil Ġuda. Il-kundanna tiegħu fl-istorja u fuqu nnifsu tikber għax il-poplu ċertament li kien jaf fejn qiegħed Ġesù imma ma riduhx maqbud.
Diversi marru għandu biex jinqdew, ifejqu dak li kien impossibbli tfejjaq u li ġew imfejqa. Il-messaġġ jidher li l-iżgħar fis-soċjetà ma riedx jittradixxi.
Għalhekk, it-tradiment ta’ Ġuda huwa akbar quddiemhom għax il-poplu ma wettaqx dan u kien hu li kien lest li jinxtara biex ibiegħ kawża li ma baqax jemmen aktar fiha hu imma l-oħrajn iva. Ma’ dan wieħed irid ukoll ifakkar li għalkemm fl-aħħar sabu tnejn biex jixhdu kontra, dawn xorta kienu ċerti li mhux se jaqblu bejniethom. Dawn huma indikazzjonijiet ċari li kien hemm l-għarfien fil-poplu li l-proċess li kien qed isir ma kellux, u kien fih innifsu immorali, inġust u illegali.
Żewġ proċessi
F’dan l-awtur jislet aktar tard f’dan spunt ieħor. Hu jikteb hekk: “Chiaramente non puo’ trattarsi di un avallo della decizione del tribunale giudiaco, quanto di un nuovo processo, celebrato dall’autorita romana con le proprie procedure in applicazione alle proprie leggi.”
Kjarament ma setgħax ikun li jkun hemm biss ir-ratifika tad-deċiżjoni li ttieħdet fit-tribunal Lhudi, imma li kien hemm bżonn proċess ġdid miżmum taħt l-awtorità Rumana bil-proċeduri u l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħha.
Kien hemm min ipprova dan li jġib mingħandu kundanna mingħajr proċess li hija indikazzjoni akbar tal-għarfien li dak li wettqu kien żbaljat imma ma rnexxilhomx.
Pilatu jfittex f’dan l-att li bih kienu qed jakkużaw lil Ġesù Kristu. Huma jiddikjarawh li hu bniedem kundannabbli jgħidulu “Se costui non fosse un malfattore, non l’avremmo tradotto dinanzi a te’.”
Li kieku dan il-bniedem ma kienx delinkwent ma konniex inressquh quddiemek.
…U jersqu lejn dik li kienet ir-reat tar-rewwixta u t-tradiment ta’ Ruma ‘Lex Iulia Maiestatis’ li f’dak iż-żmien kienet ġiet estiża u mkabbar f’atti varji.
Għalhekk
F’dan propju għalhekk minħabba s-suppervja jew aqwa s-superjorità ta’ Ruma kif ukoll f’dan li Pilatu nnifsu ried kif kellu d-dmir li jifhem jekk dan hux minnu jew le.
Il-proċedura legali ta’ dak iż-żmien kif mibdula kienet tagħtih il-poter li jisma’ l-akkużat u wara jifformula hu stess ‘delatio nominis’, jiġifieri akkuża formali. Punt li meta taqra tifhem li taħt is-sistema penali Rumana l-proċess lanqas beda, għax Pilatu kull darba jiddikjara li ma jsibx ħtija f’Ġesù Kristu.
Dan jidher ċar anki jekk l-Evanġelisti, kif l-awtur Romano jfakkarna, ma kellhomx “la benche minima preoccupazione di darci una ricostruzione storica e dettaliata di quanto era accaduto nel Sinedrio, il loro era un testo di fede che serviva per la lettura e la catechesi nelle comunita cristiane per le quali era scritto.”
Ebda ħsieb li jressqulna rikostruzzjoni storika u dettaljata ta’ dak li seħħ fis-Sinedriju, tagħhom kien dokument ta’ fidi li serva għall-qari u l-katekeżi tal-komunitajiet Insara li għalihom kien miktub.
Fil-fatt wieħed jista’ jistudja u jikteb ħafna imma naħseb li f’dawn s-sekli huwa ċar, li r-rappurtaġġ ‘reliġjuż’ kien aktar effettiv minn dak ‘legali’ għax jispjega u jeħodna direttament għas-sustanza tal-affarijiet.
Hemm aktar
Fil-ktieb u fil-kitba sħiħa dwar dan is-suġġett hemm ferm dejjem aktar x’tifhem u tirrifletti dwaru. Imma wieħed irid ifakkar li fil-verità Sidna Ġesù Kristu ma għadda minn ebda proċedura legali ġusta u ma setgħax f’dan jiġi b’xi mod misjub ħati.
Hemm ċertament ngħarfu finalment li minkejja d-dikjarazzjonijiet kontinwi tal-awtorità Rumana li tiddikjarah innoċenti, li kontra tagħha għandha li ppermettiet xorta li att ta’ illegalità, immoralità u nġusta jseħħ.
Nawguralhom f’dan lilek Sur Editur u l-bniedmin li jgħinuk, kif ukoll inthom li tixtru u taqraw il-gazzetta, l-Għid il-Kbir it-Tajjeb.
Dan l-artiklu deher f’In–Nazzjon tat–Tlieta 31 ta’ Marzu, 202
//= $special ?>

