Kenneth Vella
Il-ħmistax u s-sittax -il laqgħa tas-sena saru fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa. Dawn inkludew sbatax -il tiġrija kollha tat-trott li minnhom spikkat l-aktar il-finali tal-kampjonat Phone Refix għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza ta’ 2140m metru. Din intrebħet minn Pure Joy misjuq minn Cherise Farrugia.
Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Harcange (Paul Galea) kien l-aktar veloċi wara l-bidu uffiċjali u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Envol The Best (Cliderty Calleja), Dats Trixi (Rodney Gatt) u Comand (Jesmar Gafa’). 700 mil-linja finali kienu diversi ż-żwiemel li bdew iżidu l-pass tagħhom. Fosthom Pure Joy (Cherise Farrugia) li eventwalment mar quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel wara li kkontrolla l-assalt ta’ Jewel Meslois (Redent Magro) u Onas Sabina (Marco Debono). Hulk De La Vallee (Laura Frendo) temm fir-raba’ post. Fi tmiem il-finali, Charles Zammit, f’isem l-isponsors, ippreżenta t-trofew lil Cherise Farrugia u lil Michael Sultana u Jonathan Borg, is-sewwieq u s-sidien rispettivament taż-żiemel rebbieħ.
Il-laqgħa tal-Ħadd inkludiet ukoll żewġ semifinali mill-kampjonat tat-Tazza l-Kbira BOV għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640 metru. Minn dawn tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Kif kien mistenni, fl-ewwel semifinali kien it-Taljan u favorit Dj Spritz (Daniel Hili) li okkupa l-ewwel post tul id-distanza kollha biex b’tul akkwista s-sitt rebħa nfila u f’Malta minn Ghostbuster (Rodney Gatt), Isocrate D’Ela (Jesmar Gafa’) u Cash Bank Bigi (Paul Galea). Ginkgo Thelois (Clint Vassallo) temm il-ħames minn Gardon, f’idejn il-Franċiż Pierrick Le Moel.
Simili kienet it-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni fejn il-Franċiż Hudo Du Ruel (Rodney Gatt) iddomina wkoll tul id-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel minn Forbach (Redent Magro), Rampant (Cherise Farrugia) u Gaucho De Houelle (Jesmar Gafa’). Rally Inge (Jonathan J Farrugia) u Gasolin (Clint Vassallo) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għall-finali.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Nyras Tess (C. Caruana) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Hot Lover Ever (J. Xerri) 3. Inca Des Champs (R. Gatt) 4. Guarda (P. Spiteri)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin –3.28.1” (1.18.9”) 2. Enfantin (D. Farrugia) 3. Love Your Choice (E. Farrugia) 4. Helios D’Albret (J. Farrugia)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Embleme Castelets (Cherise Farrugia) Ħin – 3.20.4” (1.15.9”) 2. Golovkin Nathanpi (R. Cassar) 3. Horusko (L. Mifsud) 4. Java D’Urzy (M. Schembri)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Kingston Sautreuil (S. Vella) Ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Diabolo Castelets (A. Magro) 3. Embrace IT (R. Gatt) 4. Iluzio De Bucy (J. Gafa’)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Hibou D’Erpion (C. Vassallo) Ħin – 3.20.1” (1.15.8”) 2. Formi (J. Schembri) 3. Dionysos L.I. (J.J. Farrugia) 4. Lee Harvey Bros (P. Galea)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Caprice De Cosse (C. Caruana) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Hampton Du Vivier (R. Gatt) 3. Ecrin Du Layon (N. Baldacchino) 4. El Maco Khalifa (C. Calleja)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) Ħin – 3.16.6” (1.14.5”) 2. Isabelle Sisu (N. Barbara) 3. Fuego Du Mortier (C. Refalo) 4. Gatsby Wic (J.C. Pace)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Golden Age (R. Gatt) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Haston Atout (C. Calleja) 3. Flash Point (M. Debattista) 4. Grand Soir Le Fol (Ch. Camilleri)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Indien De Bry (J. Grech) Ħin – 3.19.8” (1.15.7”) 2. Celeste Bryne (J. Farrugia) 3. En Choeur Ferfay (J. Schembri) 4. Dencos Miss Caruso (J. Gafa’)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Jag D’Urzy (A. Cassar) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Figaro Du Fan (Ch. Grech) 3. Ice Dream Royal (R. Gatt) 4. Il Conto (C. Vassallo)
III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Horus De Romaz (K. Grima) Ħin – 3.19.4” (1.15.5”) 2. Happy Nonantais (R. Gatt) 3. Invincible De Bry (N. Baldacchino) 4. Hobby Du Loisir (J. Pace)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Jungle Tiger (K. Saliba) Ħin – 3.20.3” (1.15.9”) 2. Shawn Leejs (P. Galea) 3. Estil D’Ostal (C. Farrugia) 4. Granit D’Epona (E. Bezzina)
V Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. DJ Spritz (D. Hili) Ħin – 3.15.5” (1.14”) 2. Ghostbuster (R. Gatt) 3. Isocrate D’Ela (J. Gafa’) 4. Cash Bank Bigi (P. Galea) 5. Ginkgo Thelois (C. Vassallo) 6. Gardon (P. Le Moel – FRA)
VI Tiġrija. Semifinali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hudo Du Ruel (R. Gatt) Ħin – 3.16.5” (1.14.4”) 2. Forbach (R. Magro) 3. Rampant (Cherise Farrugia) 4. Gaucho De Houelle (J. Gafa’) 5. Rally Inge (J.J. Farrugia) 6. Gasolin (C. Vassallo)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Magnificent Star (P. Galea) 3. Jack J.E. (A. Bartolo) 4. Eightdaysaweek (J. Azzopardi)
VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Pure Joy (Cherise Farrugia) Ħin – 2.37” (1.13.4”) 2. Jewel Meslois (R. Magro) 3. Onas Sabina (M. Debono) 4. Hulk De La Vallee (L. Frendo)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Isac B.M.W. (R. Gatt) Ħin – 3.19.6” (1.15.6”) 2. Ex Aequo De Cosse (C. Caruana) 3. Serious Sam (C. Gauci) 4. Arno Dell’Est (C. Vassallo)
//= $special ?>

