F’Ramaz Shengelia Stadium – Kutaisi Georgia 4 Malta 1
Telfa oħra għat tim nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena mmexxi minn Davide Mazzotta li sofra s-seba’ telfa konsekuttiva minn daqstant partiti li matulhom sofra 28 gowl u skorja biss darba fil-partiti tal-bieraħ. Ironikament wara biss żewġ minuti Malta fil-vantaġġ permezz ta’ MATTHIAS ELLUL li b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għeleb lil Beruashvili għall-ewwel gowl Malta f’seba’ partiti.
Ir-reazzjoni ta’ Georgia kienet immedjata u fid-disa’ minuta kisbu l-goal tad-draw meta wara freekick kien TSUKULIDZE li ssupera lil Deacon Abela u bir-ras għeleb lil James Sissons.
Fil-21 minuta Georgia fil-vantaġġ meta xutt b’saħħtu ta’ Narimanidze stampa mal-mimduda u mir-rebound kien GABRIEL SIGUA li bir-ras għeleb lil Sissons . Fit-42 minuta l-iskor sar 3 – 1 wara li NARIMANIDZE b’xutt b’saħħtu fir-rokna ta’ fuq għeleb mill-ġdid lil Sissons.
L-andament matul it-tieni taqsima ftit li xejn inbidel l-aktar wara li fid-79 minuta Georgia kabbru l-iskor . Wara freekick mogħti minn Egoyan, kien il-captain GABRIEL SIGUA li skorja t-tieni goal personali tiegħu b’xutt fil-baxx.
Referee : Seth Galia
//= $special ?>

