Lokali

Wirja fotografika għall-Ġimgħa Mqaddsa f’San Ġiljan

Wirja b’ritratti tal-fotografu Joseph Galea

IMAGES OF FAITH huwa l-isem ta’ wirja b’ritratti tal-fotografu Joseph Galea esebita f’dawn il-jiem fil-Każin Banda San Ġiljan, f’San Ġiljan.

Il-wirja kienet inawgurata fil-jiem li għaddew minn Monsinjur Martin Micallef, Vigarju Episkopali għad-Djakonija, fil-preżenza, fost oħrajn, tal-fotografu Joseph Galea u Michael Aquilina, President tal-Każin Banda San Ġiljan.

Ir-ritratti esebiti huma kollha marbutin, b’mod jew ieħor, mad-devozzjoni u tradizzjonijiet tagħna l-Maltin mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-wirja tibqa’ miftuħa għall-pubbliku llum it-Tlieta mill-11am sas-1pm u mis-6pm sad-9pm, għada l-Erbgħa mis-6pm sad-9pm, f’Ħamis ix-Xirka mill-10am sas-1pm u mill-5 sal-10.30pm, fil-Ġimgħa l-Kbira mid-9am sas-1pm u f’Sibt il-Għid mill-10am sal-5pm.

Id-dħul huwa bla ħlas u jista’ jattendi kulħadd.