Lokali

373 akkużati dwar ħasil ta’ flus

L-iktar predicate offences frekwenti li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienu dawk ta’ frodi u miżapproprjazzjoni.

In-numru ta’ persuni li ġew akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, parzjalment jew kompletament, mill-2018 sal-lum kienu b’kollox 356. L-aktar sena li fiha tressqu persuni kienet fl-2024 meta kienu tressqu 116 dwar ħasil ta’ flus.

Din l-informazzjoini taha fil-Parlament Jonathan Attard, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; meta kien qed iwieġeb lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia.

Din l-informazzjoni tapplika sas-26 ta’ Jannar 2026. Mhux possibbli issir distinzjoni jekk il-persuni kinux parzjalment jew kompletament akkużati taħt l-att imsemmi.

L-iktar predicate offences frekwenti li fuqhom kienu bbażati akkużi ta’ ħasil ta’ flus kienu dawk ta’ frodi u miżapproprjazzjoni.