Lokali

Aktar minn 70 biċċa magħmula minn ċikkulata

Aktar minn 70 forma differenti ta’ cikkulata hija l-attrazzjoni tal-ħelu tal-għid li din is-sena tinsab esposta fid-daħla tal-Westin f’San Ġiljan.

Wara suċċess li għal dawn l-aħħar snin kellu x-Chef Joseph Galea permezz tad-display tal-ħelu assoċjata mal-Millied f’din l-istess lukanda, din is-sena kien hemm qbil flimkien mal-management tal-lukanda biex issir display ta’ dan il-qies … din id-darba bil-bajd tal-Għid.

Dawn jinkludu diversi forom differenti ta’ bajd tac-cikkulata li b’dekorazzjoni differenti ġew f’forom varji ta’ annimali – fosthom, fniek, ħnieżer, tiġieġ, flieles u anke nagħaġ.

Chef Joseph Galea li ħadem din il-maervilja kompletament waħdu qalilna li l-forom ivarjaw kemm fid-daqs kif ukoll fit-tip ta’ ċikkulata – li tinkludi, ċikkulata bajda, ċikkulata tal-ħalib u ank dik bajda.

Joseph Galea dam jaħdem fuq din il-kreazzjoni madwar 50 siegħa u kull biċċa arti tista’ titiekel; anke it-tiżjin.

Bix-Chef jistma’ li uża xejn inqas minn 80 kilo ta’ ċikkulata. U li fil-quċċatta hemm 3 bajdiet li jirrapreżentaw il-Head Chef, l-Assistant Head Chef u l-Pastry Chef.