Diversi dilettanti u voluntieri f’dawn il-jiem qed jaħdmu fuq il-fjuri li jżejnu l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. U anke f’Ħal Qormi, din hi tradizzjoni antika li tkompli ssebbaħ dawn il-vari uniċi li wieħed isib f’din il-parroċċa – bil-purċissjoni toħroġ mill-Kolleġjata Ġorġjana nhar il-Ġimgħa li ġej, fil-5pm.
Dalgħodu, Alex Borg iltaqa’ ma’ uħud minn dawn id-dilettanti Qriema, fejn ferħilhom għad-dedikazzjoni tagħhom. Hu spjega kif f’din il-ħidma volontarja tispikka l-imħabba lejn il-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll sens kbir ta’ tradizzjoni.
F’din il-parroċċa hemm sett ta’ 13-il vara li 11 minnhom iżejnuhom bil-fjuri.
F’Ħal Qormi hemm ukoll l-uniku vara f’Malta li tirrapreżenta l-Aħħar Ċena; għalkemm imbgħad hemm xena simili f’Għawdex.
//= $special ?>

