F’Marzu li għadu kemm spiċċa daħlu l-akbar numru ta’ rapporti, 16, lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) dwar xogħol ta’ kostruzzjoni li kien jew għadu għaddej f’San Pawl il-Baħar.
Dan ikkonfermah Jonathan Attrad, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, meta wieġeb mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
F’Lulju tas-sena l-oħra saru 12-il rapport; f’Awwissu u f’Settembru 9 kull xahar; f’Ottubru 7; f’Novembru 7; f’Diċembru 4; f’Jannar 6; u fi Frar 15.
//= $special ?>

