Wara l-eliminazzjoni tagħhom kontra l-Bożnija, it-tim nazzjonali Taljan qed iħabbat wiċċu ma’ perjodu diffiċli ta’ kritika u kontroversja, wara li falla milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba konsekuttiva.
L-Italja ġiet fi draw ta’ 1-1 sad-90 minuta u l-iskor baqa’ l-istess anke wara l-ħin barrani, iżda tilfet 4-1 bil-penalties. Il-mistoqsija issa hi jekk l-“Azzurri” hux se jżommu lil Gennaro Gattuso bħala kowċ. Il-President tal-Federazzjoni Taljana, Gabriele Gravina, qal li talab lil Gattuso jibqa’ u faħħar kemm lill-plejers kif ukoll lill-kowċ għall-impenn tagħhom.
Huwa sostna li r-relazzjonijiet huma tajbin u li l-valutazzjonijiet tekniċi u politiċi se jsiru mill-Kunsill Federali fil-ġimgħa li ġejja, filwaqt li tenna l-appoġġ sħiħ tiegħu lejn l-istaff tekniku.
//= $special ?>

