Lokali

Għad iridu jinġabru €13,745,761 minn kontijiet residenzjali pendenti

L-ammont li kien għad irid jinġabar minn kontijiet pendenti li skadielhom it-terminu ta’ 45 ġurnata ta’ kreditu kien ta’ €13,745,761 minn kontijiet residenzjali u €28,849,483 minn kontijiet mhux residenzjali sal-aħħar ta’ Frar li għadda.

Dan ikkonfermatu Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; meta fil-Paarlament wieġbet mistoqsija tad-Dep;utat Nazzzjonalista Ivan Bartolo.