Ekonomija Lokali

Il-Kap tal-PN Alex Borg f’laqgħa mal-Malta Institute of Management

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, l-Erbgħa filgħodu, kellu laqgħa mal-Malta Institute of Management fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn fost l-oħrajn tkellmu dwar l-importanza tat-teknoloġija fis-settur finanzjarju u ekonomiku ta’ pajjiżna.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Matul din il-laqgħa r-rappreżentanti tal-Malta Institute of Management spjegaw li 95% tal-attività kummerċjali f’pajjiżna hija magħmula minn negozji żgħar u medji fejn dawk li huma meqjusa bħala micro SMEs – jiġifieri dawk li huma negozji żgħar ħafna – isibuha diffiċli sabiex iżommu ruħhom aġġornati mal-iżviluppi fit-tekonoloġija.

Il-membri tal-Istitut spjegaw li dawn in-negozji qed jaffaċċjaw din l-isfida partikolari għaliex persuna waħda tkun qed tagħmel iktar minn irwol wieħed fl-istess kumpanija.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Hawnhekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq fuq l-importanza li jkollna għarfien dwar l-użu tat-teknoloġija fin-negozju; fosthom l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali kif ukoll il-fenomenu tal-Automation.

Alex Borg qal ukoll li hemm bżonn li kunċetti bħal Fintech ċioe l-impatt tat-teknoloġija fuq is-settur finanzjarju jkun hawn aktar għarfien dwarhom, u li dan l-għarfien għandu jibda mil-livell edukattiv. Dan għaliex il-kunċett tal-Fintech qed ikompli jikber ma kull jum li jgħaddi.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Għal din il-laqgħa Alex Borg kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione kif ukoll mix-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia.