Kollox jindika li fil-jumejn li ġejjin se jippersisti l-maltemp, hekk kif anke fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira hija mbassra li tagħmel ix-xita.
Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, f’Ħamis ix-Xirka se jkollna ġurnata immarkata minn xita u anke riħ li jlaħħaq Forza 6. Dan il-maltemp se jippersisti anke matul il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira – għalkemm huwa mbassar li x-xita se tkun iżolata u mifruxa matul il-jum.
Dawn il-jumejn se jkunu ikkaratterizzati minn kesħa u temperaturi baxxi. U l-akbar ċans li tagħmel ix-xita hu matul il-jum tal-Ħamis.
Ħafna dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira huma partikolarment anzjużi minħabba dawn il-previżjonijiet, speċjalment minħabba l-preparazzjonijiet li jkunu għaddejin għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira – avvenimenti li jsiru f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, u li għadhom jiġbdu popolarità kbira.
//= $special ?>

