Internazzjonali

L-ewwel missjoni lejn il-qamar sa mill-1972

Illejla, mistennija titlaq l-ewwel missjoni spazjali lejn il-qamar sa mill-1972.

It-tluq tal-missjoni se sseħħ illejla għall-ħabta ta’ nofsillejl, permezz tax-shuttle Artemis II.

B’kollox, se jkunu erba’ astronawti li jieħdu din ir-rotta ta’ għaxart ijiem lejn il-qamar. U għalkemm l-astronawti mhux se jinżlu fiżikament fuq il-qamar, huma mistennija jivjaġġaw fl-aktar punt ‘il bogħod mid-dinja.

Fil-fatt, qed jingħad li dawn l-astronawti kapaċi jaraw il-qamar minn angoli li qatt qabel ebda għajnejn qatt ma rawh.

Intant, folol kbar diġa jinsabu miġburin fiz-zona minn fejn se jitlaq dan ix-shuttle sabiex jesperjenzaw it-tluq ta’ din il-missjoni spazjali lejn il-qamar.