L-armata Iżraeljana interċettat numru ta’ missili sparati mill-Yemen lejn it-territorju tagħha, hekk kif il-kunflitt fil-Lvant Nofsani għadu ma rax tmiem.
Il-Houthi tal-Yemen, sparaw l-ewwel missili lejn l-Iżrael is-Sibt li għadda, filwaqt li għadhom ma ddikjarawx li l-attakku tal-Erbgħa filgħodu kienu responabbiltà tagħhom.
Minn naħa l-oħra, il-President Donald Trump iddikjara illi l-gwerra mal-Iran għandha tiġi fi tmiemha fi ftit ġimgħat propju ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, skont hu.
Iżda, minkejja din id-dikjarazzjoni, il-Ministru responsabbli mill-Affarijiet Barranin fl-Iran spjega li pajjiżu huwa ppreparat għal tal-inqas 6 xhur oħra ta’ gwerra.
Madanakollu, Trump mistenni li jindirizza lill-midja internazzjonali matul il-jum tal-Erbgħa.
//= $special ?>

