Lokali Parlament

Ma jgħidx kemm huma l-istudenti tal-Kinder 1 b’rapport tal-Istatementing Board u li ma ġewx allokati LSE

Il-Gvern ma qalx kemm hemm studenti li jattendu l-Kinder 1 u li għandhom ir-rapport tal-Istatementing Board iżda ma ġewx allokati LSE. Lanqas ma indika kemm hemm studenti li għandhom statementing għal LSE fuq bażi ta’ 1:1 u kemm hemm studenti li għandhom Shared LSE.

Il-Ministru Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; qal biss fil-Parlament li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Ministru ma weġibx din il-mistoqsja parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Jerome Caeuana Cilia.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni lanqas wieġeb jekk hawnx nuqqas ta’ LSEs u kienx hemm studenti li huma statemented imma ma setgħux jibdew is-sena skolastika tagħhom fi Frar.

Għal mistoqsija oħra tal-istess Deputat Nazzjonalista, il-Ministru ma qalx jekk hawnx nuqqas ta’ LSEs u studenti li huma statemented imma ma setgħux jibdew is-sena skolastika fi Frar, u x’jista’ jsir fil-frattemp biex dawn l-istudenti ma jibqgħux id-dar u jiġu integrati fis-sistema edukattiva.

Dawn it-tweġibiet ukoll se jingħataw f’xi seduta oħra.