Il-mistieden tal-lejla fi PROFILI se jkun Dun Nicholas Doublet fejn se jaqsam magħna l-esperjenzi li sa issa għex biex wasal fejn wasal fil-ħajja saċerdotali.
“Is-saċerdoti għandhom fid-dmir li jidhru, li jkunu preżenti, li jixhdu b’għemilhom il-preżenza ta’ Ġesù Kristu, ta’ Alla”
Matul id-diskussjoni, Dun Nicholas se jaqsam magħna l-esperjenzi li kellu fl-Arkivji tal-Vatikan, xogħol fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt u anki ħidmietu fil-Kurja.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Philip Grech.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew l-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>

