Knisja Lokali

Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija lill-katekumeni adulti f’Sibt il-Għid

L-Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid li matulha numru ta’ adulti jiġu mgħammda, jirċievu l-Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. - 19/04/25

L-Arċisqof se jiċċelebra l-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-mewt fil-Konkatidral fil-Belt Valletta, fit-8pm bl-għoti tas-sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija lill-katekumeni adulti.

F’Ħamis ix-Xirjka, il-Ħamis 2 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa taż-Żjut fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, li matulha jiġġeddu l-wegħdiet tal-ordinazzjoni tas-saċerdoti u jitbierku ż-żjut li jintużaw matul is-sena. Fis-6pm jiċċelebra quddiesa fit-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tas-saqajn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Wara s-sagrament jittieħed fl-artal tar-ripożizzjoni.

F’Jum il-Ġimgħa l-Kbira, il-Ġimgħa 3 ta’ April, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-qari ta’ sbieħ il-jum fl-artal tar-ripożizzjoni tal-Konkatidral fil-Belt Valletta u fit-3:30pm imexxi azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej fil-Konkatidral fil-Belt Valletta.