Lokali Sport

WARA D-DIŻAPPUNT TAT-TIM NAZZJONALI: Andre Schembri jinsisti li rridu “nibnu sistema ġdida”

Andre Schembri
Andre Schembri

“Jekk irridu nixmu ‘l quddiem, jeħtieġ nibnu sistema ġdida għall-futbol Malti. U dan jirrikjedi ħafna kuraġġ.”

Eks stqarr l-eks plejer internazzjonali Andre Schembri f’analiżi li għamel wara d-disfatta tat-tim nazzjonali; wara li Malta tilfet il-playoff għall-promozzjoni f’League C tan-Nations League bi skor aggregate ta’ 5-0.

Fuq il-media soċjali, Schembri insista li r-riżultat tal-bieraħ mhux il-problema vera li għandu t-tim nazzjonali.

Hu qal li qed imexxu l-futbol b’kultura frammentata. U nsista li ħadd mhu responsabbli mill-iżvilupp tal-plejers f’pajjiżna. Bl-eks plejer internazzjonali jgħid ukoll li m’għandniex kuraġġ u m’aħniex koerenti fil-mod kif inħarsu lejn il-logħba tal-futbol.

“Kulħadd involut fil-futbol, iżda is-sistema mhix waħda kordinata b’mod linejari.”