Wara leġislatura sħiħa, proġetti li ilhom is-snin jiġu imwegħda jerġgħu jitfaċċaw – fosthom, ir-riġenerazzjoni ta’ San Luċjan.
Fl-2022, il-Ministru Miriam Dalli kienet varat il-proġett tas-siċċa, li kellu jkun mifrux fuq ħames snin sabiex l-impjant ta’ San Luċjan f’Birżebbuġia, li kien jintuża għall-ħażna taż-żejt, jiġi riġenerat fi spazju miftuh.
Il-proġett kellu jiġi jiswa’ €40 miljun, u għalhekk dejjem skont il-Ministru Dalli kellu jitlesta sa Marzu tal-2026.
Sentejn ilu, fis-17 ta’ Frar tal-2024, is-Super One kien ħabbar li l-Awtorità għall-Ippjanar approvat il-permessi għall-impjant ta’ San Luċjan bil-għan li jiġu żarmati t-tankijiet u t-tindif tal-faċilità li kienet tintuża għall-ħażna taż-żejt.
Kien intqal ukoll ili ġaladarba ħareġ il-permess, kien se jingħata tender bil-għan li t-tankijiet jitneħħew sal-aħħar ta’ dik is-sena.
Issa…wara sentejn ta’ skiet u għaliex ninsabu qrib elezzjoni…. il-Ministru Miriam Dalli flimkien mal-Ministru Clint Camilleri niedew konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-eks impjant tal-ħażna taż-żejt f’Santa Luċija, fejn ħabbru li issa wara erba’ snin se jkun qed jingħata bidu għar-reviżjoni parzjali tal-pjan lokali – biex issir ir-riġenerazzjoni ta’ din iz-zona filwaqt li jidba t-tfassil tas-Development Brief. Fi kliem sempliċi, il-Gvern ma żammx mal-wegħda tiegħu, u issa qed jerġa’ jwiegħed dan l-istess proġett lin-nies ta’ Birżebbuġa.
Wegħda oħra li bdiet propju wara l-elezzjoni u qed titkompla lejlet elezzjoni ġenerali oħra. U li fil-verità se tkun qed tinkisser, hekk kif għadha se tibda l-konsultazzjoni.
//= $special ?>

