Fil-Brażil, il-Qrati issa se jkollhom il-fakultà li jagħtu kustodja ta’ annimali domestiċi lil koppji li jkunu qed jisseparaw.
Bħal fil-każ tat-tfal, issa, il-Qrati fil-Brażil se jkollhom is-saħħa jiddeċiedu min jieħu l-qtates u l-klieb li jkunu spiċċaw f’nofs separazzjoni – u allura, f’liema dar jispiċċaw jgħixu u jekk ikunx possibbli li ż-żewġ naħat jibqgħu jgawdu ħin mal-pets tagħhom.
Il-Parlament Brażiljan insista li b’din il-liġi qed jintbgħat messaġġ ċar – li l-annimali domestiċi huma tassew parti minn kull familja.
//= $special ?>

