Lokali

Eddie Fenech Adami rilaxxat mill-isptar

Il-President Emeritu Eddie Fenech Adami jinsab f’qagħda ta’ saħħa aħjar, hekk kif dalgħodu ġie rilaxxat mill-isptar Mater Dei.

Net News jista’ jikkonferma li issa, Eddie Fenech Adami jinsab lura d-dar.

Il-President Emeritu Eddie Fenech Adami għandu 92 sena.

Eddie Fenech Adami kien laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1977, u dam fil-kariga sal-2004. 

Serva bħala Prim Ministru bejn l-1987 u l-1996 u bejn l-1998 u l-2004 għal total ta’ 15-il sena meta mbagħad inħatar bħala President ta’ Malta. 

Hu kien irtira mill-ħajja pubblika fl-2009.