Kummerċ Lokali

IZIBINGO jiftaħ sala għal 200 persuna f’Għawdex

L-ewwel sala uffiċjali tradizzjonali ddedikata għall-bingo se tasal f’Għawdex

F’dan il-Ħadd tal-Għid, il-5 ta’ April, se tiftaħ sala IZIBINGO b’aktar minn 200 post fir-Rabat, Għawdex. Dan se jġib l-ewwel sala tal-bingo tax-xorta tagħha f’Għawdex, u joħloq destinazzjoni ġdida ta’ divertiment għall-gżira.

Is-sala l-ġdida tal-bingo timmarka pass importanti fl-iżvilupp tal-logħob fuq il-post f’Għawdex. Għall-ewwel darba, il-plejers se jkunu jistgħu jgawdu minn sala mfassla apposta għall-bingo, li toffri programm regolari ta’ sessjonijiet kuljum f’ambjent akkoljenti u divertenti.

Is-sala tinsab fil-qalba tar-Rabat, ħdejn it-terminal tal-karozzi tal-linja. Is-sala ġiet iddisinjata biex tgħaqqad is-seħer tal-bingo tradizzjonali ma’ standards moderni ta’ kumdità. Il-plejers jistgħu jistennew diversi sessjonijiet kulum, premjijiet attraenti u logħob speċjali matul il-ġimgħa, biex dejjem ikun hemm xi ħaġa eċċitanti x’wieħed jistenna.

Il-bingo ilu jokkupa post speċjali fil-kultura soċjali Għawdxija u Maltija, billi jgħaqqad lill-komunitajiet f’atmosfera ta’ divertiment, stennija u ħbiberija. L-introduzzjoni ta’ sala ddedikata f’Għawdex tkompli ssaħħaħ din it-tradizzjoni, u toffri ambjent organizzat u pjaċevoli fejn il-plejers jistgħu jiltaqgħu mal-ħbieb, jissoċjalizzaw u jgawdu divertiment ta’ kwalità qrib id-dar. IZIBINGO toffri spazju fejn nies minn kull sfond jistgħu jiltaqgħu, igawdu l-eċċitament tal-bingo u jaqsmu mumenti memorabbli flimkien, u b’hekk jinħoloq ambjent soċjali li jgħaqqad it-tradizzjoni, l-innovazzjoni u l-komunità taħt saqaf wieħed.

IZIBINGO HALL SE TINFETAĦ FIL-ĦADD TAL-GĦID

Is-sala se tiftaħ uffiċjalment il-Ħadd 5 ta’ April b’sensiela ta’ logħob li tibda fit-3pm. It-tnedija mistennija toħloq atmosfera ġdida madwar il-logħba tal-bingo f’Għawdex bħala destinazzjoni li tgħaqqad it-tradizzjoni ma’ forma ġdida ta’ eċċitament. Fil-lejl tal-ftuħ se jkun hemm programm speċjali għall-viżitaturi, inkluż premjijiet doppji tal-logħob b’jackpots garantiti ta’ €3,000 għal dak il-lejl.

Biex jiġi ċċelebrat il-ftuħ bil-kbir f’din il-festa tradizzjonali, IZIBINGO se tagħti wkoll figolla b’xejn lill-ewwel 250 plejer li jixtru pakkett sħiħ, li jinkludi għaxar biljetti għal-logħob kollu u żewġ biljetti tal-logħba ID-DOPPJA.

Is-sala IZIBINGO se topera skeda ta’ kull ġimgħa, b’sessjonijiet ta’ filgħodu nhar ta’ Ġimgħa stil “coffee morning” li jibdew fl-10am, u programm ta’ filgħaxija matul il-ġimgħa li jibda fis-19:00. Il-weekends f’IZIBINGO joffru livell ġdid ta’ eċċitament, b’premjijiet garantiti ta’ €2,000. Il-programm tal-weekend jibda kull nhar ta’ Sibt fil-5pm u nhar ta’ Ħadd mit-3pm.

Ilgħab b’mod responsabbli