Sport Sport Ieħor

Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri jirbħu t-titli nazzjonali tat-triatlon

Kai Azzopardi
Kai Azzopardi

F’avveniment sportiv tat-triatlon, u li li kellu organizazzjoni mill-aqwa, Kai Azzopardi u Danica Bonello Spiteri ġew inkurunati bħala ċ‑champions nazzjonali tal‑Sprint Distance 2026 f’tellieqa mimlija emozzjoni u kundizzjonijiet diffiċli.

L‑avveniment, organizzat minn Agones SFC, flimkien mal‑Federazzjoni Maltija tat‑Triatlon, attira rekord ta’ parteċipanti u wera l‑popolarità dejjem tikber ta’ dan l-isport f’Malta. Azzopardi wera prestazzjoni dominanti biex rebaħ quddiem Ryan u Aiden Muscat, filwaqt li Bonello Spiteri impressjonat b’konsistenza u determinazzjoni, temmet l-ewwel quddiem Lindsey Pirotta u Pia Grech.

Fit‑tellieqa tal‑Istandard Distance, Keith Galea u Deborah Schembri ħarġu rebbieħa. Il‑Federazzjoni faħħret lill‑atleti u l‑komunità għall‑suċċess tal‑avveniment.