Lokali

L-impjegati tal-Air Malta li ġew trasferiti mal-RSSL għadhom f’dewmien eċċessiv fil-Ftehim Kollettiv

Ritratt: Matthew Tabone

Irreġistrata tilwima industrijali mal-RSSL

Il-General Workers Union irreġistrat tilwima industrijali mar-Resource Support and Servicing Limited ċioè l-RSSL, kumpanija tal-Gvern, wara dewmien meqjus bħala wieħed eċċessiv fin-negozjati dwar ftehim kollettiv ġdid mal-eks impjegati tal-Air Malta.

Dan hekk kif l-impjegati li kienu trasferiti mill-Air Malta għal RSSL ħadu magħhom il-kundizzjonijiet kollha li kellhom u li baqgħu jgawdu minn ftehim kollettiv li kien innegozjat għall-perjodu bejn l-2018 u l-2022. Madanakollu, minkejja kull tentattiv għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim ġdid u ċioè li dan il-ftehim ilu skadut għal dawn l-aħħar 4 snin.

L-Union insistiet li dan kollu qed joħloq ansjetà fost dawn il-ħaddiema li ilhom jistennew l-kundizjonijiet aġġornati. Dan filwaqt li qed jistennew ukoll konformità bi sħiħ mal-kundizzjonijeit li ġew miftiehma matul il-proċess ta’ trasferiment.

It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni fi ħdan il-General Workers Union appellat biex il-proċess tan-negozjar għandu jiġi konkluż mingħajr dewmien fl-interess tal-ħaddiema li għal diversi snin taw servizz ta’ kwalità lil-linja tal-ajru nazzjonali.