Raġel nstab ħati li saq b’mod traskurat waqt inċident tat-traffiku fl-Iklin fl-2025, u li ħalla sewwieq tal-mutur bi ġrieħi gravi.
Ir-raġel barrani kien akkużat li fit-8 ta’ April ta’ sena ilu saq b’mod negliġenti u perikoluż, u kkawża ġrieħi gravi lill-sewwieq ta’ mutur fl-inħawi tal-Iklin hekk kif saq minn fuqu.
Huwa kien akkużat ukoll li saq mingħajr liċenzja valida u mingħajr assigurazzjoni li tkopri terzi persuni.
Mill-provi rriżulta li l-inċident seħħ f’roundabout fi Triq Tal-Balal, fejn karozza tal-għamla Honda Fit misjuqa mill-akkużat ħabtet ma’ mutur Piaggio misjuq mill-vittma.
Is-sewwieq tal-mutur xehed li qatta’ kważi għaxart ijiem l-isptar u kellu jagħmel operazzjoni, filwaqt li dam diversi xhur biex jirkupra. Qal ukoll li l-inċident affettwalu ħajtu psikoloġikament u naqqsitlu l-kapaċità li jaħdem.
Multa ta’ €4,000 wara li saq b’mod traskurat


