Raġel ta’ 61 sena miċ-Ċili kellu jittieħed l-isptar b’ambulanza wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ qabel is-6am fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, f’Ħal Luqa
Jidher li l-barrani kien fuq scooter elettriku meta ħabat ma’ vann tal-għamla Toyota Daina misjuq minn raġel ta’ 60 sena mill-Mosta.
Is-sewwieq tal-vann ma sofra ebda ġrieħi, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel miċ-Ċili għadha mhix konfermata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

