Internazzjonali

Raġel imut f’Ateni kaġun tal-maltemp

Raġel tilef ħajtu qrib Ateni, hekk kif il-kapitali tal-Greċja intlaqtet minn maltempata qawwija; grigalata li ġabet magħha għargħar u xita kontinwa – dan apparti li l-gżira ta’ Kreta spiċċat miksija minn sħaba ta’ trab li estenda minn fuq id-deżert tas-Sahara.

Il-vittma ta’ Ateni nstab taħt karozza f’zona rurali.

Il-maltempata ingħatat l-isem ta’ Erminio, u s-saħħa tagħha wasslet biex anke l-iskejjel kellhom jingħalqu.

Ġie affetwat ukoll is-servizz tal-vapuri li joperaw bejn il-gżejjer Griegi, u li kellhom jissospendu l-operat.

Ir-riħ qawwi u l-maltemp kien mistenni li jibqa’ jippersisti sal-Ħamis bil-lejl.