Haled Alsahud Ualid, ta’ 25 sena, ittella’ b’arrest quddiem il-qorti nhar il-Ħamis, hekk kif ġie akkużat li saq mingħajr liċenzja, mingħajr ma’ kien kopert b’polza ta’ assigurazzjoni dwar ir-riskji għal terzi persuni, kif ukoll li wera dokument falz sabiex jikseb xi vantaġġ jew benefiċċju għalih.
Il-każ seħħ fil-31 ta’ Marzu għall-ħabta tal-5:30pm, meta uffiċjala tal-LESA nfurmaw lill-pulizija li kien hemm persuna involuta f’kollużjoni f’Ħaż-Żebbuġ.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta wkoll li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu kienet diġà revokata mill-qorti.
Il-validità tal-arrest ma ġiex ikkontestat min-naħa tad-diviża.
L-akkużat għażel wieħeb ħati għall-akkużi kollha, fejn il-maġistrat wissietu li ammissjoni ta’ ħtija tista’ twassal għall-piena ta’ ħabs, multa, kif ukoll li jħallas għad-danni li soffriet il-vittma.
Għalhekk, il-qorti kkundannat l-akkużat għal sentenza ta’ priġunerija ta’ sentejn, sospiżi għal erba’ snin, flimkien ma’ multa ta’ €2,350. Il-qorti skwalifikatu milli jikseb liċenzja tas-sewqan għal perjodu ta’ 12-il xahar, kif ukoll li jħallas €708 lill-vittma.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur James Mallia, filwaqt li l-avukat difensur Keith Borg deher għall-akkużat.
Il-Maġistrat tal-Għassa Ann-Marie Thake ippresediet fuq is-seduta.
//= $special ?>

