Internazzjonali

Stati Uniti: Pam Bondi titkeċċa minn Avukat Ġenerali, bir-rwol tagħha jingħata lil Todd Blanche

Il-President Amerikan, Donald Trump, keċċa lil Pam Bondi minn Avukat Ġenerali wara ġimgħat u xhur ta’ kontroversja u minkejja li Bondi għamlet minn kollox biex taħbi ċerta intormazzjoni delikata u sinifikattiva mill-famużi Epstein Files….Dokumenti klassifikati li qed iqanqlu kull spekulazzjoni dwar l-aġir ta’ uħud mill-aktar persuni sinjuri u influwenti fl-Istati Uniti u li jinkludu lil Donald Trump innifsu.

Trump qal li Bondi se tkun qed tieħu kariga ġdida u importanti fis-settur privat u li Todd Blanche, minn issa, qed jassumi r-rwol ta’ Aġent Avukat Ġenerali.

It-tluq ta’ Bondi jikkonferma t-tielet tkeċċija mill-Kabinett ta’ Trump fi ftit aktar minn sena..

Dan wara t-tluq tal-eks-Segretarju ġħal Homeland Security Kristi Noem u ta’ Mike Walz minn Konsulent Ewlieni għas-Sigurtà Nazzjonali – liema rwol,issa, jifforma parti mid-dekasteru ta’ Marco Rubio li, attwalment, hu s-Segretarju tal-Istat Amerikan.