Lokali

Titħabbar il-mewt tal-mużiċist u awtur Edmond Zarb

Tħabbret il-mewt tal-pjanist u awtur Edmond Zarb fl-età ta’ 81 sena.

Edmond Zarb kien magħruf għat-talent tiegħu bħala pjanist professjonistà minn Birkirkara fejn għal aktar minn 30 sena kien idoqq fil-lukanda Hilton f’San Ġiljan b’repertorju vast u mill-isbaħ.

Huwa kien ukoll kiteb kanzunetti għal kantanti lokali Renato, Doreen Galea u Catherine Vigar.

Dan filwaqt li kien awtur ta’ kotba bil-lingwa Maltija partikolarment Rumanzi fejn diversi kotba minn tiegħu kienu jinqraw saħansitra fuq ir-radju, bħal fost oħrajn ir-rumanz Emma li nqara mill-preżentatriċi Eileen Montesin fuq Net FM kif ukoll kellu r-rumanz Tgħanniqa Mal-Mewt kien inħadem bħala drama televiżiva.

L-aħħar tislima lil Edmond Zarb se tingħata nhar it-Tlieta 7 ta’ April fid-930hrs ta’ filgħodu fil-Parroċċa ta’ Santa Venera.