Telqet b’suċċess il-missjoni tar-rokit Artemis II, li għall-ewwel darba f’aktar minn 50 sena se tieħu lill-bniedem madwar l-orbita tal-qamar.
L-astronawti fuq dan ir-rokit se jqattgħu għaxart ijiem fl-ispazju wara li telqu mill-Kennedy Space Station.
It-tluq kien wieħed spettakolari, segwit minn miljuni madwar id-dinja kollha.
Intant, qabel jersaq lejn il-qamar, l-Artemis se jkun qed jagħmel ġurnata idur mal-orbita tad-dinja.
//= $special ?>

