Lokali

Tkompli tiġġarraf parti minn Triq is-Simar fix-Xemxija; ħadd ma jweġġa’

Il-Ħamis waranofsinhar, parti minn triq fix-Xemxija ikkollossat f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ tul Triq is-Simar, fejn parti mit-triq iġġarrfet f’sit ta’ kostruzzjoni. It-triq hija ristretta għall-pubbliku u ma kinitx qed tintuża fil-ħin tal-kollass u għalhekk ma ġew irrapurtati l-ebda ġrieħi.

Is-sit kien diġà suġġett għal ordni ta’ waqfien tax-xogħol maħruġa ġimgħat qabel. Ir-residenti li jgħixu f’blokok ta’ appartamenti fil-viċinanzi jinsabu nkwetat ferm bis-sitwazzjoni; għalkemm ma ngħatat l-ebda ordni ta’ evakwazzjoni.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) kkonfermat li qed tinvestiga l-każ. Kelliema għall-istess awtorita qalu li rċevew rapport dwar il-kollass għall-ħabta tas-2:30pm u qed jevalwaw is-sitwazzjoni biex jiddeterminaw x’wassal għat-tiġrif.

L-awtoritajiet mistennija jissorveljaw mill-qrib iż-żona hekk kif l-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.